Viżjoni 2015 – Agħmilha Tiegħek
Messaġġ mill-Onor Prim Ministru, Dott Lawrence Gonzi
Viżjoni 2015 hija mibnija fuq it-twemmin tagħna fir-riżorsi umani ta’ Malta. Nemmnu fil-kapaċita' tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li matul is-snin, ħadmu u stinkaw biex għamlu minn pajjiżna wieħed mill-istati gżejjer li għamlu l-aktar suċċess.
Bħalissa, l-ekonomija dinjija qed tirkupra mill-agħar reċessjoni ekonomika internazzjonali. L-ekonomija Maltija hi żgħira u miftuħa, u għalhekk bilfors li tħoss l-effett ta’ din il-krizi. Madankollu l-interventi diretti u fil-ħin mill-Gvern flimkien mar-riformi li ddaħħlu tul dawn l-aħħar snin naqqsu l-impatt tal-krizi fuq l-ekonomija tagħna. F’dinja globalizzata, il-kapaċita’ li tkun flessibbli u taddatta malajr għaċ-ċirkostanzi li jkunu qed jinbidlu u għall-opportunitajiet ġodda, huma ta’ importanza kbira. Hija l-kapaċità tagħna li nirrispondu għal realtajiet ġodda li jippermettulna nittrasformaw l-isfidi f’opportunitajiet.
Il-viżjoni tagħna fit-tul hija bażata fuq il-potenzjal ta’ setturi b’valur miżjud għoli fl-ekonomija tagħna. Dawn is-setturi jridu jisfruttaw il-vantaġġi li għandna bħala pajjiz, biex insiru aktar kompettivi. Il-vizjoni tagħna hi mibnija fuq fuq ir-riżultati ekonomiċi miksuba s’issa. Dawn ir-rizultati inkisbu fuq il-fiduċja li għandu l-Gvern f’Malta u fil-poplu tagħha.
Viżjoni 2015 tidentifika għadd ta’ setturi li l-Gvern iqis li fuqhom tista’ tizdied l-attivita’ ekonomika f’pajjizna. Dawn is-setturi intgħażlu minħabba l-potenzjal li għandhom li joħolqu x-xogħol filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli. Il-Viżjoni 2015 hija bażata fuq seba’ setturi u miri ewlenin li għandhom jittrasformaw l-iżvilupp ta’ Malta fil-futur. Dawn huma s-servizzi finanzjarji, it-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), il-manifattura u servizzi relatati, it-turiżmu, is-saħħa, l-edukazzjoni u Għawdex.
L-opportunitajiet li Viżjoni 2015 toffri ma jispiċċaw qatt. Hu proprju għal din ir-raġuni li qegħdin nirrevedu l-Viżjoni 2015 minħabba li l-ambjent ekonomiku qiegħed dejjem aktar jinbidel. Qed inġeddu l-Vizjoni 2015 bil-għan li nisfruttaw bl-aħjar mod possibbli l-opportunitajiet li jeżistu bħalissa u dawk futuri.
Din il-Viżjoni ma hix biss vizjoni tal-Gvern iżda tirrappreżenta Viżjoni kollettiva ta’ pajjiż u ta’ popolazzjoni li jridu jibqgħu kompetittivi f’din id-dinja globalizzata.
F’din il-viżjoni int protogonista.
Viżjoni 2015 - Agħmilha tiegħek
|
Messaġġ mill-Onor Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, Tonio Fenech
Malta hi dak li hi llum grazzi gћax-xogћol iebes ta’ nies li gћandhom viżjoni li wassluna biex inkunu dak li aћna, li wettqu r-rwol importanti li jidentifikaw it-triq li kellu jgħaddi minnha pajjiżna.
L-indipendenza politika tagћna, il-libertà ekonomika tagћna, il-kisba tar-Repubblika, l-immodernizzar tal-ekonomija, l-iżvilupp ta’ identità unika, is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u l-adozzjoni tal-ewro huma kollha kisbiet importanti fl-istorja tagћna. Il-fattur komuni f’dan kollu hu l-fatt li dawn kienu kollha aspirazzjonijiet tal-poplu Malti li nbidlu f’realtà grazzi gћax-xogћol iebes ta’ bosta u l-viżjoni li kellhom il-mexxejja tal-pajjiż.
Illum il-ġurnata ġiet fdata f’idejna opportunità ġdida. Ninsabu tassew privileġġati li qegћdin f’pożizzjoni li nistgћu nimmudellaw id-destin tagћna. Viżjoni 2015 hi aspirazzjoni ta’ fejn irridu naslu. Din tikkonċerna l-impjiegi li nixtiequ li jkollna, it-tip ta’ edukazzjoni li rridu nagћtu lil uliedna, il-kwalità tal-ћajja li naspiraw gћaliha. Viżjoni 2015 tikkonċerna l-eċċellenza. Viżjoni 2015 tikkonċerna lilek, lil qrabatek u lill-familja tiegћek.
Viżjoni 2015 turi kif gћandna nistabbilixxu d-direzzjoni li jmiss fil-vjaġġ tagћna. Turina xi rridu niksbu u dak li qegћdin naspiraw gћalih. Hija dak kollu li rridu lil pajjiżna jkun fis-snin li ġejjin, gћalina u gћal ġenerazzjonijiet futuri. Stabbilejna seba’ setturi li gћandna l-potenzjal li neċċellaw fihom u fejn niksbu u nibnu l-identità tagћna. Servizzi finanzjarji, teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni (ICT), is-settur ta’ manifattura b’valur miżjud gћoli, it-turiżmu, is-saћћa, l-edukazzjoni u Gћawdex huma l-kolonni li fuqhom irridu nibnu l-futur tagћna.
Din hija viżjoni li rridu li tkun tirrifletti l-ambizzjonijiet tiegћek u ninsabu impenjati li dan tassew jiġri. Ninsabu determinati li noћolqu l-ambjent meћtieġ li ser iwassal gћall-aћjar kundizzjonijiet li permezz tagћhom din il-viżjoni tinbidel f’realtà.
Matul l-istorja, il-poplu Malti wera l-kapaċità u rieda qawwija biex jidentifika u jimplimenta viżjoni li gћenitna niżviluppaw ruћna f’wieћed mill-aktar nazzjonijiet żgћar li gћamlu suċċess. Irridu lil pajjiżna jeċċella, gћaliex aћna naspiraw gћal dik l-eċċellenza. Din mhix sempliċi viżjoni. Mhix biss il-viżjoni tal-gvern waћdu. Aћna lkoll imsejћin biex infasslu d-direzzjoni tal-ћidma futura tagћna u l-pass li jmiss fil-vjaġġ li Malta u Gћawdex qegћdin jagћmlu. Huwa proprju gћal din ir-raġuni li rridukom tiffurmaw parti minn dan il-proċess.
Din hi viżjoni ta’ kulħadd li tara lilek u l-persuni qrib tiegħek bћala l-atturi prinċipali tagħha.
Nistiednek tagħti l-kontribut tiegħek biex nilћqu din il-mira. Irridu nkunu nafu x’inhu l-ћolm tiegħek, Li nsiru nafu l-aspirazzjonijiet u t-tamiet tiegħek għal futur, jagħtina l-motivazzjoni biex inkomplu naħdmu aktar biex niksbu dawn ir-riżultati.
|
